L-Imsieħba

Imsieħeb mexxej
SUAS logo
www.suas.ie

SUAS hija NGO Irlandiża li tipprovdi edukazzjoni ta’ kwalità f’komunitajiet żvantaġġati fl-Irlanda u f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Hija tikkollabora ma’ għaqdiet oħra fl-iżvilupp, l-implimentar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ programmi edukattivi. Suas tippromwovi l-volontarjat kemm fl-Irlanda (per eż. fi programmi ta’ literacy) kif ukoll f’pajjiżi barranin (bħal għajnuna għall-għalliema) u permezz ta’ dan tgħin lill-voluntiera nfushom jakkwistaw perspettiva u għarfien usa’ ta’ sfidi globali waqt li jkunu qed itejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ nies fil-bżonn. Il-volontarjat jingħaqad ma’ programm annwali edukattiv mhux formali għal studenti universitarji li jtejjeb l-għarfien kritiku tal-istudenti waqt li jħajjarhom ikunu attivi dwar sfidi globali u jibnilhom il-ħiliet biex ikunu mexxejja impenjati tas-soċjetà. Il-Viżjoni ta’ Suas hija ta’ dinja fejn it-tfal u ż-żgħażagħ jingħataw l-opportunità li jilħqu l-potenzjal tagħhom u li jtejbu s-soċjeta tagħhom.

 

CARDET hija organizzazzjoni Ċiprijotta indipendenti, mhux governattiva u mhux għall-qliegħ (non-profit NGO) li tiżvolġi riċerka u attivitajiet dwar l-iżvilupp. L-għaqda hija waħda mill-ewlenin f’dan is-settur fil-Mediterran u hija msieħba ma’ għaqdiet oħra madwar id-dinja f’ħidma ta’ edukazzjoni, ri1erka, l-innovazzjoni, it-teknoloġija tal-informatika u temi soċjali.

CARDET hija attiva fl-oqsma tal-e-learning, distance learning, żvilupp professjonali, tfassil tat-tagħlim, formazzjoni tal-għalliema, tagħlim permezz tal-mobile, riċerka u evalwazzjoni. L-għaqda toffri servizzi tal-għola livell għal benefiċċju tas-soċjetà u hija magħmula minn grupp ta’ nies ta’ nazzjonalitajiet differenti li għandhom snin twal ta’ esperjenza fl-oqsma msemmija. Ikkollaboraw ma’ skejjel, istituzzjonijiet edukattivi, ministeri tal-edukazzjoni fl-Ażja, fl-Ewropa u fl-Istati Uniti. CARDET ħadmet fi proġetti f’iktar minn 20 pajjiż, ħafna minnhom iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea, Il-Fondazzjoni Nazzjonali tax-Xjenza (The National Science Foundation), il-ministeru tal-edukassjoni tal-Istati Uniti, Microsoft, The Commonwealth of Learning, il-William and Flora Hewlett Foundation u l-Fondazzjoni għall-Promozzjoni tar-Riċerka ta’ Ċipru (Cyprus Research Promotion Foundation).

 

KOPIN (Koperazzjoni Internazzjonali- Malta) hija għaqda volontarja li taħdem fil-qasam tal-koperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp, l-edukazzjoni globali u l-immigrazzjoni. Għalkemm KOPIN hija indipendenti, hija tikkollabora ma’ għadd ta’ għaqdiet oħra kemm Maltin kif ukoll barranin jew internazzjonali. Sa mit-twaqqif tagħha fis-sena 2000, wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ KOPIN huwa l-kollaborazzjoni bħala mezz ta’ skambju ta’ esperjenzi u tagħlim reċiproku fl-oqsma msemmija. Fil-ħidma tagħha, l-għaqda tfittex li tħajjar relazzjonijiet aktar ġusti bejn il-pajjiżi l-aktar żviluppati u dawk li għadhom qed jiżviluppaw, u tibbaża ruħha fuq id-drittijiet tal-bniedem. KOPIN hija l-fundatriċi ta’ SKOP – Solidarjetà u Koperazzjoni; il-Pjattaforma Nazzjonali għall-għaqdiet li jaħdmu fil-koperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp, l-edukazzjoni globali u l-immigrazzjoni.

Il-membri ta’ KOPIN huma attivi fil-gruppi ta’ ħidma ta’ CONCORD u SKOP. KOPIN kienet imsieħba fl-ewwel erba’ fażijiet tal-proġett TRIALOG waqt li tikkollabora ma’ networks bħat-Terre des Hommes Interantional Federation u Social Watch. Hija implimentat b’suċċess għadd ta’ proġetti edukattivi bħal Global Action Schools (GAS), Building Unity Through Diversity (BUTD) and “Capacity and Synergy building among NGDOs and LAs in Greece, Cyprus and Malta for development” (MeDevNet), “Global Action Schools2Communities” (GAS2C), u “Raising Awareness on Development Cooperation” (RADC).

Bħalissa qed timplimenta tliet proġetti edukattivi jew ta’ riċerka – “Educating for sustainable and responsible management of the forests in the world” (Forests in the World), “Climate Change – Enhancing competences on the relationship between MDG1 and MDG 7 as an effective approach to meet both goals” and “European Cross-Actors Exchange Platform for Trafficked Children on Methodology Building for Prevention & Sustainable Inclusion” (Catch & Sustain).

KOPIN tgħin lil tliet għaqdiet komunitarji fl-Etjopja li jipprovdu servizzi ta’ saħħa, edukazzjoni, sanità, adattament għall-bidla fil-klima u l-prevenzjoni u l-kura tal-HIV/AIDS.

 

Sudwind Agentur twaqqfet fl-1997 bħala NGO non-profit biex taħdem fil-qasam tal-edukazzjoni u l-għarfien dwar l-iżvilupp internazzjonali. L-għaqda tikkollabora fuq il-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali ma’ għaqdiet u istituzzjonijiet fl-oqsma tal-koperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-kultura u affarijiet soċjali, kif ukoll ma’ għaqdiet tas-soċjetà ċivili u aġenti politiċi importanti.

Südwind għandna esperjenza u ħiliet b’saħħithom fl-edukazzjoni globali, l-iżvilupp ta’ messaġġi dwar l-iżvilupp internazzjonali mal-pubbliku kif ukoll f’inizzjattivi tas-soċjetà ċivili, u studji dwar sfidi globali. Tagħmel ukoll xogħol li jipprova jinfluwenza l-aġenti politiċi u uffiċjali tal-amministrazzjoni statali.

Additional information