L-Attivitajiet

Matul it-tliet snin tal-proġett u fl-erba’ pajjiżi msieħba:

  1. Inspire: Iktar Għarfien: 14-ilfilm festival, 13-il eżibizzjoni tar-ritratti, 8 Development Week u 2 kompetizzjonijiet multimedjali;
  2. Educate: Jissaħħaħ l-Għarfien Kritiku: 45 kors part-time u/jew ta’ filgħaxija “Introduzzjoni għall-Iżvilupp”
  3. Engage: Appoġġ għal Azzjoni Infurmata u Kreattiva: 14-il programm ta’ tagħlim attiv
  4. L-iżvilupp u t-tisħiħ tal-ħiliet u r-riżorsi tal-livell terzjadju għal Tagħlim Globali: Riċerka, 13-il advisory board, 5 gruppi ta’ ħidma, riżorsi għall-advocacy, 12-il –preżentazzjoni, 8 artikli ppubblikati u sit elettroniku.

Il-proġett mistenni li jkollu erba’ riżultati ewlenin:

  1. Inspire: Iktar Għarfien: 35,000 student universitarju ser ikun ħa sehem f’attivitajiet maħsubin biex joffru spunt ta’ riflessjoni fuq l-interdipendenza globali, l-iżvilupp, u r-rwol tal-istudenti bħala ċittadini globali. Dan l-ewwel riżultat huwa maħsub biex jintlaħaq numru kbir u diversifikat ta’ studenti permezz ta’ għadd ta’ attivitajiet kbar bħal festivals tal-films, eżibizzjonijiet, eċċ. Hekk l-istudenti jkollhom ċ-ċans iżidu l-għarfien tagħhom dwar l-interdipendenza globali, l-iżvilupp, u r-rwol tal-istudenti bħala ċittadini globali permezz ta’ attivitajiet qosra u parteċipazzjoni short-term.
  2. Educate: Jissaħħaħ l-Għarfien Kritiku: 900 student universitarju ser ikun saħħaħ l-għarfien kritiku tiegħu dwar l-interdipendenza globali, l-iżvilupp, u r-rwol tal-istudenti bħala ċittadini globali u jkun irrifletta dwar il-valuri, il-mentalità, ir-rwol u r-responsabbiltà tagħhom bħala membri ta’ soċjetà globalizzata.
    It-tieni riżultat jipprova jirrispondi għan-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim għall-istudenti li jkunu ġew ispirati u mmotivati mill-ewwel sett ta’ attivitajiet. Għadd ta’ korsijiet ta’ filgħaxija (kif ukoll fi ħdan id-Degree+) se jkunu qed joffru introduzzjoni wiesgħa għat-temi bażiċi fil-qasam tal-iżvilupp. Din hija wkoll opportunità biex l-istudenti jiżviluppaw għarfien kritiku tal-interdipendenza globali, l-iżvilupp, u r-rwol tal-istudenti bħala ċittadini globali.
  3. Engage: Appoġġ għal Azzjoni Infurmata u Kreattiva: 275 student universitarju ser ikun megħjun fit-tfassil, l-ippjanar u l-implimentar ta’ attivitajiet li jinvolvu studenti oħra fil-komunitajiet lokali tagħhom. L-għan ewlieni ta’ dawn il-proġetti żgħar għandu jkun kontribut għall-qerda tal-faqar, il-promozzjoni tal-ġustizzja, tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja sostenibbli.
  4. L-iżvilupp u t-tisħiħ tal-ħiliet u r-riżorsi tal-livell terzjadju għal Tagħlim Globali: 18-il grupp ta’ stakeholders jaħdmu biex tiżdied il-kwantità u titjieb il-kwalità ta’ attivitajiet li jipprovdu Tagħlim Globali fil-livell terzjarju.

Dan is-sett ta’ attivitajiet ilaqqa’ studenti, edukaturi u stakeholders biex jinbnew il-motivazzjoni, l-għarfien u l-ħiliet biex iktar attivitajiet ta’ Tagħlim Globali jkunu jistgħu iseħħu fuq il-kampus.

Additional information