Għanijiet

L-għanijiet ewlenin ta’ dan il-proġett huma:

  • li jikkontribwixxi għal bidla fil-metalità li l-pubbliku fl-Awstrija, f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta għandu dwar il-problemi u l-isfidi li l-popli tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw qed jiffaċċjaw bħalissa;
  • li jikkontribwixxi għal aktar appoġġ mill-pubbliku Ewropew għall-ħidma kontra l-faqar, b’mod partikulari għall-Aġenda ta’ wara l-2015 u għal relazzjonijiet iktar ġusti bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw;
  • li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-politika tal-iżvilupp u l-koerenza fit-tmexxija nazzjonali u Ewropea bejn l-immigrazzjoni, il-kummerċ, is-sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent u l-HIV/AIDS.

L-għan speċifiku hu li jiżdied l-għarfien kritiku u infurmat ta’ 36,000 student universitarju fl-erba’ pajjiżi u li dawn jagħżlu li jkunu iktar attivi fil-ħidma favur iktar ġustizzja soċjali fuq livell globali.

Additional information