Daqqa t’għajn

“L-iżvilupp, l-MDGs u lil hinn mill-2015: programm Ewropew dwar iċ-Ċittadinanza Globali għal studenti universitarji” (Global Campus) huwa proġett ta’ għarfien u edukazzjoni dwar l-iżvilupp maħsub apposta għal studenti li mhux qe disegwu kors formali dwar din l-istess tema, iżda li huma interessati li jsiru jafu iżjed dwar dan il-qasam u li jagħtu l-kontribut tagħhom. Dan il-proġett qed iseħħ fi 13-il università ta’ 4 pajjiżi Ewropej (l-Irlanda, l-Awstrija, Ċipru u Malta).

Il-programm edukattiv huwa msejjes fuq il-prinċipji tal-edukazzjoni globali mhux formali u għandu l-għan jibni l-esperjenzi tal-istudnetio billi “jsaħħaħ lill-istudenti fl-għarfien, fil-valuri, u b’mentalità xierqa biex bħalaċittadini dinjin ikunu jistgħu jiffaċċjaw problemi globali (…) u biex ikunu attivi fis-soċjetà.”2 Fil-fatt, l-istudenti seer ikunu qed jiżviluppaw ħiliet li jgħinuhom jindirizzaw punti ta’ żvilupp globali permezz ta’ metodoloġiji esperjenzjali, parteċipattivi u ta’ djalogu.

Aħna nagħrfu li l-istudenti għandhom interessi u bżonnijiet differenti u l-ħin liberu huwa ddettat minn diversi fatturi, anke skond is-sena li qegħdin fiha. Għalhekk il-programm ser jiltaqa’ mal-istudenti (u mhux bil-kontra) biex jgħinhom jieħdu dejjem iktar interess f’serje ta’ attivitajiet li jsegwu l-istadji tat-tagħlim parteċipattiv (i.e. żjieda fl-għarfien, tisħiħ ta’ għarfien kritiku, u imġieba infurmata u kreattiva).

L-istudenti, l-edukaturi u stakeholders oħra ser jieħdu sehem fit-tfassil u l-implimentar ta’ Global Campus bħala membri tal-MSPB jew fit-twettieq tal-attivitajiet. Ser tingħata għajnuna biex jitwettqu inizzjattivi oħra ta’ tagħlim globali fuq il-kampus. B’hekk, dan il-proġett ikun qed jibni l-ħiliet u jinvesti fir-riżorsi tal-livell terzjarju għal iktar Tagħlim Globali u jindirizza n-nuqqas li s’issa hemm f’dan is-settur.

Additional information